“Ilbieraħ Wara Nofsinhar Rajt Xena Li Baqgħet Miegħi.” – Luca Lorenzo B’Att Ta’ Karità Ġewwa Firenze

Luca Lorenzo

Il-preżentatur Luca Lorenzo qasam esperjenza li għex waqt żjara f'Firenze, fl-Italja, li, kif stqarr hu stess, baqgħet miegħu.

Huwa rrakkonta li waqt li kien qed jiekol platt għaġin quddiem il-Bażilika ta' San Lorenzo, lemaħ raġel bla saqaf fuq rasu li kien rieqed mal-art.

Skont Luca, ir-raġel kien kwiet u ma kien qed ifixkel lil ħadd, filwaqt li madwaru għaddew għadd ta' turisti, ħafna minnhom impenjati jieħdu ritratti u filmati tal-focaccia popolari li saret popolari fuq TikTok.

"Mort xtrajt waħda. Mhux biex nagħmel story, imma ħallejtha ħdejh, biex meta jqum jinduna li l-ħolma li hi l-umanità għadha ħajja."

Il-messaġġ tiegħu ġibed l-attenzjoni ta' ħafna, hekk kif enfasizza li ġest żgħir ta' qalb tajba jista' jfisser ħafna għal min jinsab għaddej minn mumenti diffiċli.

Ritratti:

Facebook/ Luca Lorenzo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI