"Onestament Għamiltu L-Ġurnata Tiegħi Speċjali Aktar Minn Kemm Qatt Ħsibt" – Daqt Jasal Jum Importanti Għal Gerard James Borg Wara Għeluq Sninu!

L-awtur lokali bravissimu Gerard James Borg għadu kemm kellu l-ġurnata speċjali tiegħu, dik ta’ għeluq sninu. Ġurnata fejn sena wara sena, is-segwaċi tiegħu dejjem juruh ir-rispett u l-lealta li għandhom lejh.

“Onestament għamiltu l-ġurnata tiegħi speċjali aktar minn kemm qatt ħsibt.”, kiteb Gerard fuq il-profil tiegħu. Hu ħa ħsieb jirringrazzja b’mod kollettiv lil kull min bagħatlu messaġġi b’xewqat sbieħ għal din il-ġurnata. Għalkemm diffiċli jwieġeb lil kulħadd, Gerard japprezza kull messaġġ. 

Fil-fatt inqas minn xahar ‘il bogħod minn għeluq sninu Gerard ser tasallu ġurnata importanti oħra għalih! Fid-19 ta’ Settembru li ġej ser ikun qed iniedi l-ktieb ġdid li ħadem fuqu dal-aħħar. “Ninsab grat waqt li nara l-entużjażmu tagħkom għall-ktieb ġdid tiegħi. Kunu lesti għall-publikazzjoni nhar il-Ħadd 19 ta’ Settembru. Ħjiel… ser ikun tal-ġenn u ta’ pjaċir!”

Waqt li nawguraw lil Gerard mill-ġdid għal għeluq sninu, nixtiequlu kull suċċess għad-19 ta’ Settembru bil-ktieb ġdid tiegħu! Awguri Gerard!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI