Bejn ilbieraħ u llum bosta studenti sabu rwieħhom lebsin l-uniformi war sajf sħiħ ta’ vaganzi. Dan għax kif tafu reġgħet waslet l-iskola. Ħafna jkunu eċitati biex jerġgħu jiltaqgħu mal-għalliema u ma’ sħabhom, u oħrajn forsi jkunu inqas entużjasti. Li hemm komuni f’ħafna mill-istudenti hu li jkollhom joqogħdu jippużaw bl-uniformi għal xi ritratt jew tnejn, bi tbissima kbira minn naħa sa oħra.
Sibna tliet ritratti partikolari dalgħodu fuq il-midja soċjali. Tliet ritratti ta’ tliet studenti li llum il-ġurnata jżommulkom kumpanija fuq ir-radju, u anke jlissnu xi tbissima.
Fil-fatt dawn huma t-tliet preżentaturi ta’ Vibe FM; Abel, JD u Martina. Irnexxielkom tagħrfuhom?