Is-sit Cosmopolitan qed tiżvela li skont bosta siti bħal People, TMZ, Page Six u E! qed jgħidu li Kim Kardashian uffiċjalment talbet divorzju lil Kanye West.
Skont TMZ id-divorzju huwa wieħed amikevoli daqskemm jista’ jkun amikevoli divorzju. Il-koppja qed tippjana sabiex taqsam legalment il-kustodja fiżika tal-erbat itfal tagħhom, bil-pjan li jaqsmu t-trobbija bejniethom.
Is-sorsi ta’ TMZ qed jirrapurtaw li Kanye jaqbel mal-arranġamenti tal-kustodju. Id-dokumenti tad-divorzju intbagħtu mill-Avukat Ġenerali Laura Wasser u sa issa ma hemmx data ta’ separazzjoni.
Sors ieħor jgħid lil E!News, “ Waslu fil-punt fejn ilhom ma jqattgħu ħin flimkien bħalha koppja miżżewġa għal xhur sħaħ. Iltaqgħu biss b’rispett tat-tfal iżda kienu qed joqgħodu separati. Kim taf li dan iż-żwieġ wasal fit-tmiem tiegħu. Ilha taf għal ftit issa.”
Ftit iktar kmieni llum, Kim tellgħet ritratt fuq Instagram biċ-ċurkett tat-tieġ, li wassal għal spekulazzjoni li hi u Kanye għadhom flimkien xorta waħda.
View this post on Instagram
Cosmopolitan, Ritratt/ Instagram Kim Kardashian