Ritratt ta’ valur għaliex fih tagħlima wkoll. L-iskejjel tal-kant, ħafna drabi naħsbu li min jaf kemm hemm kompetizzjoni bejniethom. U l-kompetizzjoni ma fiha xejn ħażin. Iżda bil-limiti wkoll għaliex tiġi pika.
Imma fil-każ ta’ dawn iż-żewġ skejjel: Harmonice Ensemble (Joseph u Ritienne) u Vocal Lane (Ina u Dominic), ilbieraħ ħarġu flimkien jiddiskutu u jagħtu ideat innovattivi lil xulxin.
Naraw lil Dominic Cini u Ina Robinich flimkien ma’ binhom, u lil Joseph Chircop u lil Ritienne Azzopardi. Kollha huma ismijiet magħrufa fil-qasam tal-mużika u l-ispettaklu. “Nissapportjaw lil xulxin, għalhekk qegħdin il-ħbieb”, tenna Dominici.
Prosit lilkom għaliex qed tagħtu eżempju sabiħ. Nawgurawlkom aktar ħidma enerġetika f’dan il-qasam li l-poplu tagħna jħobb ukoll!
Ritratt: Facebook/ Dominic Cini