It-Tabib Joseph Ferriggi reġa’ lura biex iservi l-klabb tant għal qalbu, Rabat Ajax. Huwa jgħix ir-Rabat u magħruf ħafna bħala persuna rrispettata.
Dr. Ferriggi wera s-sodisfazzjon li sa fl-aħħar ser jerġa jservi l-klabb ta’ Rabat Ajax u kiteb “Lura mal-familja maħbuba tiegħi, Rabat Ajax wara kważi 30 sena. Għandi ħafna memorji ta’ suċċess ma’ dan il-klabb glorjuż li rrid nerġa’ ngħixhom u ngħin lir-Rabat, speċjalment lill-ġenerazzjoni żgħażugħa.”
Nawguraw lit-Tabib Joseph Ferriggi kull suċċess f’din il-kariga li għandu.