Bill Clinton Jiddaħħal L-Isptar! – Xi Ġralu?

L-eks President tal-Istati Uniti Bill Clinton iddaħħal l-isptar f’California wara li rriżulta li għandu infezzjoni fid-demm. Bill Clinton għandu 75 sena u kien it-42 president tal-Istati Uniti mill-1993 sal-2001.

Bill iddaħħal l-isptar it-Tlieta filgħaxija. Skont il-kelliem tiegħu Angel Ureña, Bill Clinton qiegħed jirkupra u rringrazzja lit-tobba u l-infermiera talli qed jipprovdulu l-kura li għandu bżonn.

L-eks President ibati minn xi problemi f’qalbu. Infatti fl-2004 kellu operazzjoni tal-qalb u fl-2010 kellu wkoll intervent serju biex jiddaħħlu żewġ stents.

Bħalissa, huwa jinsab taħt osservazzjoni fl-ITU minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Madanakollu, ma nstabx li kellu kumplikazzjonijiet f’qalbu meta ddaħħal l-isptar!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI