Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Ġanni ż-Żabbari, fosthom il-kantant lokali Joe Micallef. Hu xerred ritratt tiegħu biex isellem il-memorja tiegħu fil-waqt li esprima l-ħasda li ħa hekk kif sema’.
Hu kiteb, “Kont ser inċempillek dalwaqt, għax smajt fil-pjazza li mhux qiegħed f’siktek. Mort fuq Facebook u ħadt xokk ieħor. Ħabib għażiż tiegħi, ġar tiegħi u Rupti bħuli.”
Joe joffri l-kondoljanzi lill-aħwa ta’ Ġanni, Charlie, Joe u Pawlu. Aħna ningħaqdu ma’ Joe u nsellmu l-memorja ta’ Ġanni. Strieħ fis-sliem għażiż.
Facebook/ Joe Micallef