B’sens kbir ta’ determinazzjoni, iċ-ċkejkna Kate qed tissokta bil-ġlieda tagħha kontra kundizzjoni rari magħrufa bħala Tatton Brown Rahman Syndrome.
F’kitba fuq il-paġna soċjali tagħha, ċ-ċkejkna Kate titkellem dwar kif ħafna jissottovalutaw x’kapaċi tagħmel minħabba l-kundizzjoni tagħha. Hi tisħaq madankollu li l-fatt li t-traġitt tagħha hu wieħed differenti ma jfissirx neċessarjament li hi inqas kapaċi minn ħaddieħor.
Kate tfisser kif it-traġitt tagħha jirrikjedi ħafna determinazzjoni u saħħa li mhux dejjem jidhru fil-miftuħ.
Facebook / Kate: Writing My Story