Il-kantantawtriċi Awstraljana Delta Goodrem, iżżewġet lis-sieħeb tagħha Matthew Copley f’ċelebrazzjoni lussuża f’Malta.
It-tieġ intimu, mimli eleganza Mediterranja, jirrifletti l-konnessjoni profonda li għandha l-koppja mal-gżira Maltija. Il-familja ta’ Matthew Copley għandha konnessjoni ma’ Malta. Delta u Matthew kienu ħadu l-għerusija propju f’Malta.
View this post on Instagram
Preżenti waqt iċ-ċerimonja, li saret fis-16 ta’ Ġunju 2025, kien hemm ħbieb tal-qalb u familja, inklużi l-personalitajiet tat-TV Renee Bargh, Airlie Walsh, u l-leġġenda tad-divertiment Richard Wilkins, flimkien ma’ omm u ħu Delta Goodrem.
Malta kellha sinifikat speċjali, hekk kif Delta tant tħobbhom lill-Maltin. Il-kantawtriċi saħansitra tgħallmet il-Malti. Għandha diversi membri tal-band tagħha li huma Maltin ukoll.
Nawguraw u Nifirħu lil Delta u Matthew!
View this post on Instagram
Instagram/ matthew.copley