Charmaine Ferriggi, omm l-għażiża Kate, iddedikat messaġġ ta’ kuraġġ lil bintha li bħalissa għaddejja minn terapija intensiva. Din it-terapija mhix faċli għaċ-ċkejkna Kate, iżda eventwalment se tgħin biex ikollha kwalita`ta’ ħajja aħjar.
B’qalb tfur bi mħabba għal bintha kitbet, “Narak tbati, mugħġuha fi ġranet diffiċli, qalbi tħoss dak li tħoss int u meta narak hekk nispiċċa naqta’ qalbi. Imma mbagħad narak determinata, tipprova u ma taqta’ qalbek qatt. Inħares lejk u nitbissem, u qalbi timtela b’kuraġġ li jagħti s-saħħa.”
Żiedet tgħid, “Grazzi Kate. Kompli imxi ’l quddiem. Jien ħa inkun miegħek u ħdejk f’kull ħin. Inħobbok.”
Kuraġġ Kate, aħna warajk!
Facebook / Charmaine Ferriggi