Sandro Se Jingħata €250,000 Mill-Gvern Malti Sabiex Ikun Jista’ Jieħu L-Kura Għal-Lukimja

Il-Gvern Malti se jkun qiegħed jagħti s-somma ta’ €250,000 lil Sandro sabiex b’hekk ikun jista’ jieħu l-kura għal-lukimja.

L-istorja ta’ Sandro matul dawn l-aħħar jiem ħalliet lil ħafna ddispjaċuta hekk kif għall-missier ta’ żewġt ibniet din il-kura li tiswa ‘l fuq minn €500,000 hija l-unika tama ta’ ħajja.

Kien il-Prim Ministru Robert Abela li b’kitba fuq il-midja soċjali ħabbar li l-Gvern Malti se jkun qed jagħti din l-għajnuna lil Sandro fejn sostna kif l-għajnuna li diġà ngħatatlu mill-poplu turi kemm il-Maltin huma kapaċi juru sens ta’ solidarejtà fejn meħtieġ.







Ritratti:

Why Donate / Sandro

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI