“Awguri F’Għeluq Snin Ir-Re Tiegħi, Il-Blata Tiegħi” – Tania Pisani Lil Missierha

II-personalita` lokali Tania Pisani, magħrufa għall-filmati ħelwin tagħha fuq Tiktok flimkien mal-membri tal-familja tagħha, illum tawgura mill-qalb lil missierha f’għeluq sninu.

Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook kitbitlu, “Awguri f’għeluq snin ir-re tiegħi, il-blata tiegħi, hekk kif jagħlaq 79 sena. Gawdi l-ġurnata tiegħek kemm tista’! Grazzi talli dejjem tkun hemm għalija, jiena nħobbok bla qies. Nitlob lil Alla biex ikompli jżomm idejh fuqek u jieħu ħsiebek għal dejjem.”



Hi ppubblikatlu ritratt ħelu liebes flokk tal-festa. Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlu xewqat sbieħ.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali! Nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ mal-familjari u ħbieb għeżież tiegħu!



Ritratti:

Facebook / Tania Pisani

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI