Il-Membru Parlamentari,Romilda Zarb, mill-pjattaforma soċjali tagħha, ittella’ l-awgurju tagħha lil missierha f’għeluq sninu.
“Illum huwa l-jum tiegħek, da. Il-jum li fih niċċelebraw lilek f’għeluq sninek. Grazzi talli dejjem kont, għadek u tibqa’ dejjem hemm għalina. Ma jimpurtax kemm ikollok affarijet fuq rasek, int dejjem issib il-ħin u l-qalb biex tgħinna.Il-preżenza tiegħek, il-pariri tiegħek u l-imħabba bla kundizzjoni jfissru ħafna għalina aktar milli nistgħu ngħidu bil-kliem.
Inħobbuk ħafna. Awguri mill-qalb.”