Il-kantant lokali Daniel Muscat Caruana kiteb dwar perjodu diffiċli ħafna f’ħajtu li kien għaddej minnu sena ilu. Uża din l-esperjenza biex iwissina nirrispettaw lilna nfusna u ma nibżgħux nieħdu deċiżjonijiet diffiċli.
Hu spjega, “Dan kien jien sena ilu… nilbes tbissima falza taparsi kollox kien sejjer tajjeb, waqt li kont qed inħoss id-dinja titfarrak madwari. Sena wara… qiegħed hawn inħossni mentalment fi stat ħafna aħjar, grazzi għal xi deċiżjonijiet diffiċli li kelli nieħu fis-sena 2025.”
Żied jgħid, “Il-bidla hija tal-biża’, imma neċessarja. Itgħallmu dwar il-valur tagħkom u rrispettaw lilkom infuskom. Jien inħossni verament grat għal 2025… is-sena li ħadt lura l-kontroll fuq ħajti.”
Facebook / Daniel Muscat Caruana