Fuq Bundytime kienu mistednin tliet artisti lokali bravissimi – Matt Muxu Mercieca, Enya Magri u Owen Leuellen.
Owen fost l-affarijiet li rrakkonta, kien hemm il-famuża ġurnata meta kulħadd ħaseb li kien propona lit-tfajla. Bla dubju xi ħaġa sabiħa, imma ma kienx il-każ dakinhar!
“Tfajna r-ritratti… Ridt nitfa’ post għal San Valentinu, kollha mħabba, inżejjina bil-kliem li ġie f’moħħi, bdejt nagħmilha naqra ta’ malajr, għax konna wasalna fit-trejn u ħa nieqfu, ridt neħlisha għax kien ġej il-ġenn tal-basktijiet u ħa nimxu… u ktibt my future wife.”
Wara kwarta l-aħbar dwar li propona lit-tfajla bdiet tiġri fuq il-midja soċjali! Segwi aktar hawn taħt: