Is-sit Mid-Djarju tat-Timba qed ibassar il-possibbiltà li għada fis-sigħat ta’ filgħodu ċerti nħawi fil-gżejjer Maltin jintlaqtu minn xi ħalbiet tax-xita.
“Għall-ħabta tal-4:00 jew tal-5:00 ta’ filgħodu għandna ċans ta’ xi ħalbiet tax-xita f’xi nħawi,” spjega s-sit.
Hemm imbassar ukoll li għada matul il-ġurnata se jkun qed jitqawwa xi ftit ir-riħ u jilħaq il-qawwa ta’ forza 6.
Facebook / It-Temp Madwarna (minn Isabella Mallia) u Facebook / Rain Photos