Ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tiegħu, il-preżentatur Alfred Zammit, kiteb messaġġ ifakkar lejl diffiċli għalih u għall-familja kollha tiegħu. L-aħħar lejl tal-għażiża ommu.
Alfred beda billi kiteb, “Dan il-lejl li ġej, 8 snin ilu, kien l-aktar lejl diffiċli għalija u għal ħuti u l-familja tagħna meta fl-għodwa tat-8 ta’ Jannar 2018 mietet l-għażiża ommi Helen. Kemm hi iebsa tara lil min tħobb bla ħajja.”
Hu jżid, “Għalina iebsa iżda għalihom bdiet ħajja ġdida eterna. Kienu 8 snin mhux faċli, kuljum niftakar fil-memorja tagħha. Xħin inqum moħħi jmur lejha u fl-għażiż missieri. Ħudu ħsieb il-ġenituri u nfakkar x’tgħid l-Iskrittura Mqaddsa: ‘Min jieħu ħsieb l-Ommu u lil Missieru dnubietu jkunu maħfura.’”
Alfred itemm, “Strieħ fis-sliem ma u nħobbok sal-aħħar nifs ta’ ħajti.”