Fuq il-paġna Kate: Writing My Story ġie mxerred messaġġ għal ommha Charmaine Ferriggi, hekk kif illum tiċċelebra għeluq sninha.
Il-messaġġ huwa f’isem Kate u huwa indirizzat għal ommha Charmaine, fejn issemmi l-kwalitajiet sbieħ tagħha u kemm tapprezza dak kollu li tagħmel magħha.
“Awguri f’għeluq sninha lil ommi! Inti l-aqwa omm fid-dinja kollha. Grazzi talli dejjem tieħu ħsiebi, tgħinni meta l-affarijiet ikunu diffiċli, u tħobbni kuljum. Inti tgħini nħossni sigura, ferħana, u speċjali.”
Il-messaġġ ta’ Kate ikompli, “Inħobb it-tgħanniq tiegħek, it-tbissim tiegħek, u l-mod kif dejjem tkun hemm għalija. Inti l-eroj tiegħi, l-għalliema tiegħi, u l-akbar sostenitur tiegħi.”
Awguri mill-qalb Charmaine f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!