Matul is-sena li għaddiet, L-Isptar Ġenerali t’Għawdex, għamel diversi ġabriet għal Puttinu Cares. Dawn il-ġabriet saru fost l-oħrajn f’San Valentinu, fil-Karnival, fl-Għid il-Kbir, u fil-Milied.
“Kburin li naqsmu li total ta’ €14,144 inġabru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul l-2025 u se jingħataw lil Puttinu Cares b’appoġġ għax-xogħol vitali tagħhom”
Jirringrazzjaw lil kull min ikkontribwixxa b’xi mod jew ieħor, u wera ġenerożità biex tant persuni jingħataw aktar għajnuna u jkollhom ħajja aħjar.
Prosit!