Il-kunflitt bejn l-Iran u Iżrael jidher li qed jidħol f’fażi dejjem aktar perikoluża hekk kif il-gwerra issa waslet fis-seba’ jum tagħha. Matul l-aħħar sigħat, rapporti internazzjonali indikaw eskalazzjoni qawwija tal-attakki b’missili u drones. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Brian Hansford qasam mas-segwaċi tiegħu rogward dan.
Hu qal, “Il-gwerra Iran–Israel – jum 7! Is-sitwazzjoni qed teskala malajr! Attakki ta’ missili u drones qed jespandu madwar il-Lvant Nofsani. Bażijiet tal-Punent fil-Mediterran u fil-Golf jinsabu f’livell għoli ta’ allert. It-tensjoni madwar l-Strait of Hormuz** qed tħalli impatt fuq il-provvista taż-żejt u s-swieq globali.”
Żied, “20,000+ titjira ikkanċellata! Mijiet ta’ eluf ta’ passiġġieri maqbuda fl-ajruporti. Gvernijiet qed jorganizzaw evakwazzjonijiet biex iġibu lura ċ-ċittadini tagħhom. X’taħseb? Fejn jista’ jasal dan il-kunflitt?”