OGAE Malta Qed Torganizza Eurovision Party Speċjali Lejliet Il-Finali Ta’ Nhar Is-Sibt F’Michelangelo Club

L-organizzazzjoni OGAE Malta ħabbret li nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar se torganizza Eurovision Party li se jsir f’Michelangelo Club, serata mistennija tattira numru kbir ta’ dilettanti tal-Eurovision.

Il-klabb ħabbar li għal din l-okkażjoni se jkun hemm preżenti artisti Maltin li tul is-snin ħallew il-marka tagħhom fil-Malta Eurovision Song Contest. Fost l-ismijiet konfermati hemm Kristy Spiteri, li s-sena li għaddiet il-kanzunetta tagħha Heaven Sent spiċċat fit-tieni post u kienet waħda mill-aktar ismijiet diskussi.

Preżenza oħra importanti hija dik ta’ Jessika, li kellha numru ta’ parteċipazzjonijiet fil-Malta Eurovision Song Contest. Il-mument l-aktar memorabbli fil-karriera tagħha wasal fl-2018, meta rrappreżentat lil San Marino fuq il-palk tal-Eurovision, esperjenza li għadha mfakkra b’għożża mill-partitarji tal-festival. Is-sena li għaddiet kisbet l-aqwa riżultat tagħha fil-Malta Eurovision Song Contest bħala parti minn JVF bil-kanzunetta Festa (No Time For Siesta).

Se tattendi wkoll Victoria Sciberras, li s-sena li għaddiet kienet waħda mill-favoriti tal-pubbliku fil-kompetizzjoni nazzjonali u rnexxielha tħalli impatt kbir bil-kazunetta Juno permezz tal-prestazzjoni u l-istil tagħha, li kisbu appoġġ qawwi minn dawk li jsegwu l-Eurovision.

Is-serata se tkun kompluta wkoll bil-parteċipazzjoni ta’ Justine Bezzina u Dre’, li flimkien se jikkontribwixxu għal atmosfera ta’ festa, mużika u ċelebrazzjoni. Dan il-Eurovision Party mistenni jkun okkażjoni ideali biex il-komunità tal-Eurovision f’Malta tiltaqa’, tiċċelebra l-mużika u tqatta’ lejl mimli divertiment qabel l-istaġun tal-kompetizzjoni jidħol fil-qofol tiegħu.

Wieħed jista’ jixtri l-biljetti għal dan l-avveniment billi jidħol HAWN.







Ritratti:

Facebook / OGAE MALTA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI