“Rebbieħ Tal-Konkors Ta’ Letteratura Għaż-Żgħażagħ 2025 Bil-Manuskritt CLONE. Għadni Qed Noħlom.” – Lon Kirkop

L-awtur u preżentatur lokali Lon Kirkop, ilbieraħ kiseb suċċess mill-isbaħ. Hu qasam l-aħbar sabiħa li rċieva fuq il-mezzi soċjali fejn kiteb, “Rebbieħ tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-żgħażagħ 2025 bil-manuskritt CLONE.”

Lon jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu, “Għadni qed noħlom. Ninsab kuntent ħafna. Dan il-konkors ifisser ħafna għalija għax propju ħames snin ilu rbaħtu bl-ewwel rumanz tiegħi. Dak kien il-bidu tiegħi fid-dinja tal-pubblikazzjoni. F’dawn il-ħames snin, kbirt mhux biss bħala awtur imma wkoll bħala persuna. Tgħallimt li għalkemm minn barra l-kitba tidher romantika u sabiħa, u f’waqtiet verament hi, il-kitba hi xogħol iebes, diffiċli u f’ħafna waqtiet krudili… imma l-isbaħ ħaġa li qatt ġratli.”



Hu jżid, “Tul dawn il-ħames snin kelli ħafna nies li mingħajrhom ma kienx jirnexxili nagħmel nofs l-affarijiet li għamilt. Grazzi li temmnu fija. Ma nistax ma nirringrazzjax lil Roberto li barra li tagħni mħabbtu, tagħni ħajja sabiħa li tagħti spazju sikur fejn inkun nista’ nikteb, noħlom u noħloq. Grazzi lil National Book Council (Malta) u Aġenzija Żgħażagħ li flimkien jorganizzaw dan il-konkors u fl-aħħar imma mhux l-inqas grazzi lil Merlin Publishers u Chris Gruppetta li emmnu fija mill-bidu nett, minn meta ħadd ma kien jaf min hu Lon.”



Lon ittemm jgħid, “Għalkemm ħafna qed jistaqsuni minn fejn jistgħu jixtru u jaqraw il-Ktieb CLONE, dan għadu manuskritt u ser jiġi ppubblikat ’il quddiem, imma sa dan it-tant, jekk għadkom ma qrajtuhx, dan hu l-ktieb li rbaħt bih il-konkors fl-2020.”

Wieħed jista’ jikseb dan il-ktieb billi jidħol hawn: https://merlinpublishers.com/…/mitt-elf-isem-iehor…/



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI