“Propju 30 Sena Ilu, Fl-1996, Jien, Flimkien Ma’ Antonella Vassallo… Konna Preżentajna Dan Il-Festival.” – Mario Micallef

Mario Micallef

L-attur Mario Micallef ippubblika ritratt memorabbli tiegħu li jmur lura għall-Malta Song For Europe 1996. Dakinhar hu flimkien mal-preżentatriċi bravissima Antonella Vassallo, preżentaw l-avveniment.

“Illum jibda l-konkors tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa. Filwaqt li minn qalbi nawgura kull suċċess lil kantanti kollha, niftakar b’nostalġija meta propju 30 sena ilu, fl-1996, jien, flimkien ma’ Antonella Vassallo, li kienet qed tagħmel id-debut tagħha, konna ppreżentajna dan il-festival.”

Mario jkompli, “Dik is-sena kien sar fit-teatru ta’ Ta’ Qali, u r-rebbieħ kien il-mibki Alfred Rapa, l-Għawdxi, bil-kanzunetta, ‘Ċensu l-Malti u Katarin’.Fil-fatt, fit-tieni ritratt għadni kemm ħabbart ir-rebbieħ, li qiegħed fuq il-lemin. Memorji sbieħ li jgħaddi kemm jgħaddi żmien, tibqa tiftakarhom u tapprezzhom.”

Tassew li dan il-festival prestiġjuż lokali jġib ħafna nostalġija lil ħafna nies!







Ritratti:

Facebook/ Mario Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI