Tfajla Maltija rrakkontat fuq il-midja soċjali kif waqt li kienet miexja fit-toroq tal-Belt Valletta ngħatat fastidju minn żewġt irġiel tant li dawn saħansitra bdew isegwu l-passi tagħha u jiġru warajha.
It-tfajla ssemmi li ftit minuti wara li waslet il-Belt Valletta ġiet avviċinata minn żewġt irġiel li bdew jiġbdulha l-attenzjoni bi frażijiet bħal “Aw, sbejħa” u “Lily!”.
Issostni li minkejja li injorat liż-żewġt irġiel, madankollu xorta waħda baqgħu jsegwu l-passi tagħha u esprimiet sens ta’ diżappunt li minkejja li kien hemm għadd ta’ persuni dak il-ħin qed josservaw x’qed jiġri, ħadd ma intervjena sabiex jgħin.
It-tfajla tgħid li b’xorti tajba nzerta kien hemm xi ħadd li taf dak il-ħin fil-post li mar jiltaqgħha magħha u b’konsegwenza t’hekk iż-żewġt irġiel ma baqgħux isegwuha.
“Diżappuntanti li għad hawn sitwazzjonijiet bħal dawn,” tisħaq it-tfajla.
@enyatbhh Things need to change. #women #womenright #harassment #fy #xyzbca ♬ original sound – enyatbhh
TikTok / @enyatbhh u Facebook / Is-Suq Tal-Belt Valletta Food Market