It-Tobba Qalulu Li Kellu Bżonn Xhur Sħaħ Biex Ifiq – B’Determinazzjoni Rkupra Wara Xahrejn

Cheryanne Borg, persuna kreattiva immens li toħloq tant filmati professjonali li jirrakkuntaw storja bl-isbaħ mod, qasmet magħna filmat li juri l-istorja ta’ Dejan Camilleri.

Dejan hu żagħżugħ ta’ 29 sena, li huwa eżempju ċar ta’ x’jista’ jagħmel bniedem meta ma jaqtax qalbu qatt.

Wara inċident serju ħafna waqt il-CrossFit, it-tobba qalulu li kien se jkollu bżonn sena fejqan u mbagħad jerġa’ jibda jitħarreġ bil-mod ħafna. Tawh x’jifhem li hemm bżonn snin sħaħ biex forsi jerġa’ jilħaq il-livell li kien fih qabel. Madanakollu, Dejan ma ċediex.

B’dixxiplina kbira, mentalità b’saħħitha u determinazzjoni rari, hu mhux biss reġa’ beda jitħarreġ f’nofs iż-żmien li semmewlu… iżda wkoll reġa’ laħaq 100% tal-kundizzjoni fiżika tiegħu kif kien qabel.

Qed naqsmu magħkom l-esperjenza ta’ Dejan, għax hi storja ta’ kuraġġ, konsistenza u saħħa mentali – storja li verament timmotiva u tagħti tama lil min għaddej minn diffikultà.

Prosit, Dejan! Int ta’ ispirazzjoni għal ħafna! Intom li qed taqraw, nittamaw li l-esperjenza ta’ dan iż-żagħżugħ tgħinkom tkomplu tikkumbattu, anke jekk tidher impossibbli f’għajnejna l-bnedmin.

Ara l-filmat HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI