“L-Ikbar Kollezzjoni Ta’ Buffi Tal-Porċellana Differenti, B’Total Ta’ 336 Buffu” – The Malta Records

Il-paġna uffiċjali ta’ The Malta Records ħabbret rekord ġdid ta’ kollezzjoni kemmxejn mhux tas-soltu. F’residenza Ħal-Qormi, mara lokali rnexxielha ġġemma 336 buffu.

Spjegaw, “The Malta Records dalgħodu lqajna l-istedina sabiex inżuru residenza u nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid assoċjat mal-kollezzjoniżmu. L-ikbar kollezzjoni ta’ buffi tal-porċellana differenti, b’total ta’ 336 buffu. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Dorianne Camilleri fir-residenza li tinsab f’Ħal Qormi. Nirringrazzjaw lil Dorianne talli qasmet magħna din il-kollezzjoni li tmur lura ammont ta’ snin u hija miżmuma b’mod eċċellenti.”



Ngħidu prosit kbira lil Dorianne għal dan ir-rekord interessanti!





Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI