“Jekk Jogħġbok Appoġġja Kull Ġbir Ta’ Fondi, Kull Fejn Tista’, Għax Dan Tassew Jgħinna Nkomplu Mexjin ‘il Quddiem U Ngħinu Lill-Annimali Fil-Bżonn.” – Innocent Paws

Kelb

L-organizzazzjoni volontarja Innocent Paws Malta esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Joyce Scerri u Alison għall-ġenerożità tagħhom wara li ppreżentaw donazzjoni sostanzjali ta’ €2,950.

F’post fuq il-midja soċjali, l-organizzazzjoni spjegat kif matul is-snin dawn iż-żewġ persuni ħadmu bla heda biex jiġbru fondi b’appoġġ għall-missjoni tagħha kif ukoll għas-santwarju tal-qtates Tomasina.

Flimkien mar-ringrazzjament, ġie ppubblikat ritratt tal-irċevuta uffiċjali tad-donazzjoni, li turi l-ammont mogħti u l-apprezzament tal-għaqda għall-kontribut tagħhom.

L-organizzazzjoni enfasizzat li t-tmexxija ta’ NGO attiva ġġib magħha spejjeż kbar ta’ kuljum, speċjalment meta tkun qed tieħu ħsieb annimali fil-bżonn.

“Jekk jogħġbok appoġġja kull ġbir ta’ fondi, kull fejn tista’, għax dan tassew jgħinna nkomplu mexjin ‘il quddiem u ngħinu lill-annimali fil-bżonn.”

Il-messaġġ intemm b’ringrazzjament sinċier lil dawk kollha li b’ġenerożità tagħhom qed jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ ħafna annimali vulnerabbli madwar Malta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI