Il-Jerma Hotel kienet lukanda popolari ġewwa Marsaskala fejn warajha hemm numru ta’ teoriji. Il-ġurnata tal-lum tinsab fi stat ta’ abbandun, iżda din m’ilix snin twal li waqfet milli topera. Ġiet miftuħa fl-1982 u ngħalqet fl-2007, ftit anqas minn 20 sena ilu.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Marsaskala qajmu diskussjoni rigward din il-lukanda fejn staqsew, “Tiftakruha l-Jerma? qed jgħidu li Gaddafi kellu kamra sigrieta tiegħu hemmhekk … tgħid vera?”
Fil-kummenti, l-istess paġna staqsiet, “Kienet issir quddiesa il-Ħadd wara nofsinhar. Kienet spiċċat popolari u ippakjata. Xiħadd jiftakar?”
Bosta min-nies fil-kummenti qasmu xi memorji marbutin ma’ din il-lukana. Hawn min għandu xi memorja sabiħa?