Rekord Nazzjonali Ġdid: L-Ikbar Kollezzjoni Ta’ Ġugarelli Kollezzjonabbli F’Residenza Waħda

Ftit tal-ħin ilu, The Malta Records ippreżentaw rekord nazzjonali ġdid waqt xandira diretta fuq it-televiżjoni Maltija. Ir-rekord hu dak tal-ikbar kollezzjoni ta’ ġugarelli kollezzjonabbli, statwi u figuri ta’ kollezzjoni, kollha differenti u miżmuma f’residenza waħda.

Dan ir-rekord straordinarju ġie mwaqqaf minn Mario l-Panzer, li b’dedikazzjoni kbira u passjoni li ilha tinbena fuq snin sħaħ, irnexxielu jiġbor kollezzjoni unika li issa ġiet rikonoxxuta uffiċjalment fuq livell nazzjonali. Il-kollezzjoni tinsab fir-residenza tiegħu s-Siġġiewi, fejn kull rokna hija xhieda tal-imħabba tiegħu lejn id-dinja tal-kollezzjoni.



Il-preżentazzjoni uffiċjali tar-rekord saret waqt il-programm popolari Bonġu Malta, li kien imxandar live mis-Siġġiewi.Matul ix-xandira, it-telespettaturi kellhom l-opportunità jaraw mill-qrib din il-kollezzjoni impressjonanti li tinkludi mijiet…jekk mhux eluf ta’ figuri u statwi differenti.



Minn Gwida.mt nifirħu lil Mario l-Panzer għal dan is-suċċess u għal dan ir-rekord ġdid li jkompli jżid mal-lista ta’ kisbiet uniċi rikonoxxuti f’pajjiżna. 



Ritratti:

Facebook/ The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI