L-MP Katya De Giovanni kitbet messaġġ dwar is-sensi tal-ħajja. Hi ma kinitx qed titkellem dwar il-ħames sensi li aħna mdorrijin nisimgħu bihom, iżda erbgħa differenti.
Hi kitbet, “Bonġu għalikom ħbieb. Il-ħajja għandha erba’ sensi: tħobb, tbati, tiġġieled, tirbaħ. Min iħobb, ibati. Min ibati, jiġġieled. Min jiġġieled, jirbaħ.”
Żiedet tgħid, “Ħobb ħafna, bati ftit, iġġieled ħafna, irbaħ dejjem – għax il-ħajja mhix dwar kemm iddum tgħix, imma dwar kif tgħixha. Il-Ħadd it-tajjeb!”
Diversi segwaċi fil-kummenti tagħha qablu magħha u awgurawlha l-Ħadd it-tajjeb lura.
Dawn il-kelmtejn ifakkruna li fil-ħajja għandna nużaw it-tbatija li nħossu biex niġġieldu għar-rebħ li jistħoqqilna, u ngħixu kull ġurnata bl-aħjar mod li nistgħu.
Facebook / Katya De Giovanni