Il-paġna Kate: Writing My Story qasmet messaġġ mill-isbaħ f’isem Kate iddedikat lil missierha, fejn irringrazzjatu għall-appoġġ u s-sagrifiċċji kontinwi li jagħmel għaliha.
Hija spjegat kif, proprju fil-jum li fih bdiet il-festa tal-lokalità tagħhom – festa li missierha tant iħobb u li ilu involut fiha bħala voluntier tal-każin tal-banda għal dawn l-aħħar 20 sena – huwa jinsab magħha waqt programm ta’ terapija sabiex hi tkun tista’ tkompli tagħmel progress.
Fil-messaġġ tagħha, Kate qalet li forsi għal xi wħud din id-deċiżjoni tista’ tidher bħala xi ħaġa ovvja, iżda għal min jaf kemm missierha hu dedikat lejn il-festa u lejn il-ħidma volontarja tiegħu, japprezzaha.
Kuraġġ Kate u l-familja kollha!
Facebook/ Kate: Writing My Story