Żewġ muniti kommemorattivi ddisinjati mill-Bank Ċentrali ta’ Malta kisbu żewġ klassifikazzjonijiet fit-tielet post fil-Premjijiet Les Amis De L’Euro waqt il-Fiera Dinjija tal-Flus ta’ Berlin.
In-Naħla Maltija taż-€2 ġiet ikklassifikata bħala t-tielet l-isbaħ munita taż-€2 tas-sena, filwaqt li l-munita tal-€5 bil-‘Barri Malti’ ikklassifikat fit-tielet post fil-premju tad-Denominazzjoni Ewropea tas-Sena.
Il-munita taż-€2 ġiet iddisinjata minn Maria Anna Frisone filwaqt li l-munita tal-fidda tal-€5 ġiet iddisinjata minn Natalia Danysz.
Facebook/ Malta Coin Centre