Bil-Filmat: “Jien Rajt Dalma Sħiħa… Kont Aggressiva” – Raisa Ta’ MyTrio Fuq Kellymni Titkellem Kif Ħadet L-Aħbar Li Missierha Marid

Raisa Brincat Newell, magħrufa bħala MyTrio, tidher f’dawl personali u emozzjonalment qawwi f’dan l-episodju ta’ Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida.mt. F’konversazzjoni miftuħa u onesta, hija taqsam esperjenzi li sawruha kemm bħala persuna kif ukoll bħala figura pubblika.



Matul l-episodju, Raisa tirrakkonta l-mument diffiċli meta rċeviet id-dijanjosi tal-kanċer ta’ missierha, u tiddeskrivi kif dak il-mument tefagħha f’dalma sħiħa, b’reazzjoni aggressiva li kienet frott ta’ biża’ u uġigħ emozzjonali. Tispjega kif din l-esperjenza ġrat f’perjodu sensittiv ħafna, inqas minn sena wara li l-ġenituri tagħha nfirdu, u kif f’dak iż-żmien ir-relazzjoni tagħha ma’ missierha saret qrib aktar minn qatt qabel.



F’dan l-episodju, Raisa tmiss ukoll diversi aspetti ta’ ħajjitha, mill-oriġini tal-isem MyTrio, għal mod kif kibret online, sal-pass li għamlet fid-dinja tat-televiżjoni bħala preżentatriċi tal-programm lokali HazZzard. B’awtentiċità u riflessjoni, hija turi kif il-vjaġġ personali tagħha huwa marbut direttament mal-mod kif tkompli tikber u tevolvi.

Inħeġġukom tingħaqdu magħna għal dan l-episodju ta’ Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida.mt, ippreżentat minn Melanie Kelly, biex tiskopru aktar dwar l-istorja ta’ Raisa u l-persuna wara MyTrio.



Ritratti:

Facebook / Raisa Brincat Newell

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI