“Esperjenza Li Dejjem Se Nkun Grat Għaliha… Grazzi. Il-Preżenza Tagħkom Kienet Tfisser Id-Dinja.” – Ryan Mark Debattista

Ryan Mark Debattista

L-attur żagħżugħ Ryan Mark Debattista qasam messaġġ mimli gratitudni fuq Facebook hekk kif temm esperjenza artistika li se tibqa’ għal dejjem f’qalbu.

Ryan Mark tkellem dwar il-vjaġġ tiegħu fil-produzzjoni Li Kieku Kellhom Jitkellmu li ttellgħet fi Spazju Kreattiv bħala parti minn SKEĊĊ, fejn kellu l-unur jipparteċipa għal sentejn konsekuttivi.

Huwa ddeskriva din l-esperjenza bħala waħda mimlija memorji indimentikabbli, mumenti speċjali, daħk u nies inkredibbli li għamlu kull mument tassew memorabbli.

L-attur irringrazzja lill-kast u lit-tim kollu tal-produzzjoni għat-talent, il-professjonalità u l-ispirazzjoni tagħhom.

“Esperjenza li dejjem se nkun grat għaliha… Grazzi. Il-preżenza tagħkom kienet tfisser id-dinja,” jikteb Ryan Mark.

Awguri għal aktar suċċessi għażiż!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI