“Hi Tixtieq Tkun Biss Bħal Kull Tifel U Tifla Oħra Ta’ Erba’ Snin” – Jasmine’s Journey

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Jasmine’s Journey, il-ġenituri ta’ Jasmine kitbu messaġġ dwar dak li jinnutaw f’Jasmine. Minkejja l-isfidi kollha li jkollha taffaċċja ruħha magħhom, din it-tifla gustuża tixtieq biss li tkun tifla bħal ħaddieħor, tilgħab bil-ġugarelli.

Fuq il-paġna spjegaw, “Hi tixtieq tkun biss bħal kull tifel u tifla oħra ta’ erba’ snin. Nara dan mill-mod ta’ kif jixgħel wiċċha meta naraha madwar tfal oħra jew meta tara l-ġugarelli. Hi ħerqana biex titgħallem u tesplora d-dinja. Cerebral Palsy jista’ jeħodilha ħafna, imma qatt mhu se jieħu mill-ispirtu determinat li għandha. X’eroj żgħira hi!”

Id-determinazzjoni tal-għażiża Jasmine għandu jkun ta’ ispirazzjoni għalina wkoll. Tassew nammirawha!







Ritratti:

Facebook / Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI