“Il-Prevenzjoni Hi L-Aqwa” – It-Tabiba Dr. Georgiana Farrugia Bonnici B’Appell F’Jum Il-Kanċer

Dr Georgiana Bonnici

Fuq il-paġna informattiva tagħha Be Holistically Healthy, MD, it-tabiba lokali Dame Dr. Georgiana Farrugia Bonnici tikteb appell fl-okkażjoni ta’ Jum Il-Kanċer.

Hi tikteb dwar kif il-prevenzjoni tal-kanċer tibda fil-ħajja ta’ kuljum, mhux fl-isptar. Tenfasizza li għażliet tajbin kmieni jagħmlu differenza kbira: ma tpejjipx, tiekol san, iżżomm piż tajjeb, tagħmel eżerċizzju, tipproteġi ruħek mix-xemx, tieħu l-vaċċini meħtieġa, u tagħmel screening regolari.

Skontha, ħafna darbi kanċer jista’ jiġi evitat, u oħrajn jitfejqu jekk jinstabu kmieni. Il-prevenzjoni mhix ibbażata fuq il-biża’, imma fuq il-kuraġġ, il-kura u l-azzjoni qabel ma tinqala’ kriżi.

Fil-Jum Dinji tal-Kanċer, issejjaħ biex naħsbu aktar fuq il-protezzjoni tas-saħħa b’mod proattiv u b’kompassjoni, għax il-prevenzjoni hija l-eroj sieket tal-mediċina moderna.

Ara aktar fil-post tagħha:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI