“Xi Darba Kollha Kienu Hawn, Xi Darba Kollha Mmorru Hemm.” – Il-Preżentatur John Bundy B’Riflessjoni Bis-Sens!

John Bundy

Kemm-il darba smajna espressjonijiet bħal ‘illum hawn u għada le.’ Jew forsi, li ‘minn hawn għal ġol-kaxxa.’ Smajna u għidna wkoll ‘li hemm żgur, il-mewt.’

Kollu veru u meta nisimgħu b’persuni li ħallew din id-dinja, ħafna minna niġu aktar in se li lkoll kemm aħna ser jasal l-aħħar mument tagħna b’xi mod jew ieħor. Tajjeb li nifhmuh u nfakkruh kultant, mhux biex nibżgħu, iżda biex napprezzaw il-ħajja temporanja tagħna.

Il-preżentatur John Bundy qasam ħsieb simili, b’ritratt ta’ ċimiterju. Hu kiteb, “Xi darba kollha kienu hawn. Xi darba kollha mmorru hemm.”

Is-segwaċi tiegħu rreaġixxew u qasmu ħsieb ukoll fis-sezzjoni tal-kummenti, fejn qablu miegħu, u fakkru li l-affarijiet materjali bħall-flus, mhumiex l-aktar ħaġa prezzjuża, għax wara l-mewt jisparixxew minn ħajjitna.

Kien hemm min kiteb li dawk li jitilqu għadhom hawn xorta, anke jekk mhux fiżikament. Jispikkaw il-kummenti li jappellaw biex tgħix ħajja tajba llum, tgawdiha u tapprezzaha llum.







Ritratti:

Facebook/ Bundytime

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI