Bil-Filmat: “Dan MHUX Vera Aħna. Grazzi Lil Kull Min Bagħatilna” – Twissija Importanti Minn Ryan U Josmar

Ryan u Josmar

L-ammont ta’ forom ta’ scams li qed iduru fuq il-midja soċjali huwa inkwetanti u ma jitwemminx! Ilkoll nafu li teżisti l-kapaċità li jinħolqu filmati foloz b’persuni jitkellmu, meta fil-verità ma jkunux huma. Ikunu biss scams bl-intelliġenza artifiċjali.

Dan ġara dal-aħħar lill-preżentaturi lokali Ryan u Josmar, hekk kif ġie mtella’ filmat falz fejn taparsi huma kienu qed jirriklamaw App.

“Insellmulkom. Nixtiequ ninfurmawkom li ġejna avżati li hemm dan video scam idur b’isimna. Dan MHUX vera aħna. Grazzi lil kull min bagħtilna,” kitbu Ryan u Josmar.







Ritratti:

Facebook/ Ryan and Josmar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI