Jiġu Abbandunati Wara L-Bieb Tal-MSPCA Proprju F’Jum L-Imħabba

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, MSPCA laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Esme u Valentine li ġew abbandunati wara l-bieb tagħhom proprju llum f’Jum San Valentinu.

Huma qalu, “Tilfu l-imħabba f’Jum San Valentinu. Dawn il-qtates tilfu d-dar tagħhom f’Jum San Valentinu wara li tħallew wara l-bieb tagħna, immqa qed nittamaw li l-istorja tagħhom tibda kapitlu sabiħ dalwaqt. Sarulhom diġa t-testijiet meħtieġa mill-veterinarji u ser jibdew it-triq għall-fejqan. Issa jonqos biss li jsibu lil xi ħadd li jagħtihom is-sigurtà u l-imħabba li tassew jistħoqqilhom. Semmejnihom Esme u Valentine.”

Temmew jgħidu biex dawk li jixtiequ jiltaqgħu magħhom jew iridu aktar dettalji rigward l-adozzjoni tagħhom, għandhom jagħmlu kuntatt ma’ MSPCA.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI