F’għeluq sninu bosta llum qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-personalità lokali Indri Attard.
Il-karriera ta’ Indri bdiet proprju fuq ir-radju meta fl-1998 kien l-ewwel wieħed li ippreżenta lis-segwaċi programm ibbażat biss fuq il-mużika lokali. Sal-lum il-ġurnata Indri ippreżenta numru kbir ta’ programmi fuq ir-radju.
Xi snin wara Indri kien ukoll ħa sehem fis-sensiela tant popolari Dejjem Tiegħek Becky fejn fiha kien għamel il-parti ta’ Jan.
Indri huwa wkoll skultur u fost il-bosta xogħlijiet tiegħu hemm il-bust tal-mibki Pawlu l-Pampalun li ġie inawgurat proprju matul dawn l-aħħar jiem fil-Belt Valletta.
Nawgruawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!
Facebook / Indri Attard