Responsabbiltà Ġdida Għall-Preżentatur Ronald Vassallo Hekk Kif Sar Parrinu!

Mument speċjali għall-preżentatur lokali Ronald Vassallo hekk kif ilbieraħ assuma responsabbiltà ġdida fil-ħajja tiegħu, dik ta’ parrinu.

Dan tħabbar permezz ta’ messaġġ li ttella’ fuq il-paġna ta’ AWLA, fejn inkiteb, “Illum kibritlu ir-responsabbiltà lil Ronald Vassallo. Parrinu Duties. Awguri Valentina.” Il-messaġġ kien akkumpanjat minn atmosfera ta’ ferħ u awguri lil Valentina f’dan il-jum importanti għall-familja tagħha, filwaqt li ħafna segwaċi sellmu wkoll lil Ronald għal dan ir-rwol ġdid u sinifikanti.

Ir-rwol ta’ parrinu jibqa’ wieħed importanti ħafna fil-kultura Maltija, simbolu ta’ gwida, appoġġ u preżenza fil-ħajja tat-tifel jew tifla li tkun qed tirċievi s-sagrament. Awguri lil Ronald Vassallo u lil Valentina f’din l-okkażjoni sabiħa.







Ritratti:

Facebook / Ronald Vassallo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI