L-eks Membru Parlamentari Oliver Scicluna fakkar lil ommu b’messaġġ mimli emozzjoni hekk kif illum għaddiet sena minn meta ħalliet din id-dinja.
“Ma, illum għaddiet sena li ħallejtna minn fuq wiċċ din id-dinja. Ħallejtna tassew u ma nistgħux nikkorespondu, iżda nsemmuk ta’ spiss u naħsbu fik kuljum,” kiteb Scicluna, filwaqt li żied li minkejja kollox iħoss li l-preżenza tagħha għadha tinħass fil-ħajja tagħhom.
Hu ddeskriva l-jum tat-telfa bħala “daqqa” u “mument ikrah”, u sostna li għalkemm ħafna jgħidu li ż-żmien itaffi l-uġigħ, il-firda bejn l-ulied u l-omm ma titaffa qatt. Saħaq ukoll fuq l-imħabba qawwija bejn missier u omm, u kemm din ir-rabta tibqa’ tinħass anke wara sena.
Scicluna temm il-kitba tiegħu b’wegħda sempliċi iżda sinifikanti: “Aħna nibqgħu niftakru fik u nħobbuk għal dejjem Ma.”
Facebook / Oliver Scicluna