Illum Jagħlaq Sninu L-Kardinal Malti Mario Grech

Il-Kardinal Malti Mario Grech illum qed jiċċelebra l-età sabiħa ta’ 69 sena. Hu twieled proprju fl-20 ta’ Frar tal-1957 fir-raħal ċkejken tal-Qala ġewwa l-gżira Għawdxija.

Ta’ 27 sena hu ġie ordnat saċerdot u xi snin wara, fl-2005, kien ġie appuntat bħala Isqof ta’ Għawdex, dak iż-żmien mill-mibki Papa Benedittu XVI.

Fis-snin li serva bħala Isqof hu kien imfaħħar minn bosta għall-qrubija tiegħu man-nies u għall-ħidma siewja li kien iwettaq b’risq il-komunità.

Imbagħad fit-28 ta’ Novembru tal-2020 hu nħatar Kardinal tal-Knisja Kattolika mill-mibki Papa Franġisku. B’hekk sar it-tielet Malti li qatt kellu l-unur iservi f’dan l-irwol.



F’għeluq sninu nawgurawlu l-isbaħ xewqat!





Ritratti:

Facebook / Fadi Hanania u Wikipedia / Mario Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI