Il-preżentatur lokali, tant u tant maħbub, Ryan, illum qed jiċċelebra għeluq sninu permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Hu kiteb, “Punt l’hemm u l’hawn u wasalna għal wieħed u erbgħin. Grazzi Mulej li sliftni aktar żmien biex inkompli nagħmel dak li nħobb.”
Hu ppubblika ritratt bin-numri erbgħa u wieħed fuq subgħajh, u għandu wkoll tbissima ħelwa fuq fommu għaliex qed jara din il-ġurnata bħala opportunita`sabiħa ta’ iktar snin jagħmel dak li hu għal qalbu. Din hi perspettiva li kulħadd għandu jkollu għaliex tgħallimna nkunu grati għal kull sena li l-ħajja jogħġobha tislifna.
Aħna mit-tim ta’ Gwida nawgurawlu f’din il-ġurnata speċjali u nirringrazzjawh ta’ kemm-il darba joħloq tbissima fuq fomm is-segwaċi tiegħu permezz tal-programmi li jippreżenta flimkien ma’ Josmar.
Facebook / Ryan and Josmar