Waslu L-Kwarti Finali Ta’ Brillanti Dance – X’Ser Jiġri Llejla?

Joseph Chetcuti

Il-kwarti finali – iva wara sitt ġimgħat ta’ awdizzjonijiet – sitt ġimgħat ta’ emozzjoni, tertieq ta’ qalb u eċitament, il-ġurija ta’ Brillanti Dance komposta minn Brenda Lee Grech, Attila Felice, Sol Girgorri u Emauele Battista.

Għażlu t-30 żagħżugħ u żagħżugħa sabiex jaffrontaw l-isfida li jmiss – sfida li ser twassal 14 minnhom fuq l-għatba tas-semifinali.

Żgħażagħ Maltin u Għawdxin kif ukoll minn madwar id-dinja ukoll hekk kif il-kwarti tal-finali ta’ Brillanti Dance din is-sena jħaddnu żgħażagħ mill-Italja, Franza, l-Arġentina, ir-Russja u saħansita Sydney l-Awstralja!

Iżda ser tkun l-isfida li ser jaffrontaw? – Ħadd minnhom ma jaf, Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu ta’ Brillanti Dance x’ħejjew għal dawn iż-żgħażagħ tant bravi u brillanti – li huwa żgur li ser tkun sfida iebsa, spettakolari u li minnha ser joħroġ minn minnhom vera jistħoqqlu jgħaddi għas-semifinali u b’ hekk jibqa` biċ-ċans li jirbaħ total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom taż-żfin.

U emmununa, is-sorpriżi f’dan l-istadju hekk kruċjali ma jonqsux! Min ser jgħaddi u min rasu baxxuta ser ikollu jitlaq minn din l-avventura brillanti tant mixtieqa!

Għalhekk titilfux l-ewwel programm tal-kwarti tal-finali ta’ Brillanti Dance – nhar l-Erbgħa fit-20:35 dejjem fuq ONE!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI