Ftit tas-sigħat ilu, l-artista Mark Micallef Costa flimkien mas-sieħba tiegħu Roberta Micallef Costa għadhom kemm laqgħu f’din id-dinja lil binthom Bettina. Mument feliċi għal din il-koppja maħbuba kemm għalihom kif ukoll għall-familjari u l-qraba tagħhom.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Mark qasam din l-aħbar sabiħa mas-segwaċi tiegħu. Mark kiteb li fit-26 ta’ Frar 2026, huma (b’referenza għal martu) ġew imberkin b’ “miraklu żgħir” bl-isem mogħti liċ-ċkejkna Bettina.
Fil-messaġġ tiegħu qal ukoll li ħuh Mike jinsab ferħan immens u li l-omm tinsab tajba, għall-grazzja t’Alla. Huwa jtemm il-messaġġ tiegħu bil-frażi: “Let the adventure begin…”, b’referenza għall-kapitlu ġdid li qed jibda fil-ħajja tagħhom bħala familja.
Naturalment, dan il-messaġġ ġab miegħu ħafna kummenti ta’ awguri u mħabba mingħand ħbieb, familjari u segwaċi li ferħu ħafna għal din l-aħbar sabiħa.
Min-naħa tagħna, nawguraw lil Mark, Roberta u lill-familja kollha ħafna mħabba u ferħ f’dan il-kapitlu ġdid tal-ħajja tagħhom.
Facebook/ Mark Micallef Costa