Il-make-up artist Malti Henry Galea iċċelebra anniversarju speċjali mas-sieħeb tiegħu, hekk kif it-tnejn għalqu sena f’relazzjoni flimkien. F’post personali fuq il-midja soċjali, Galea qasam tifkira mill-ewwel darba li ltaqgħu u kif beda kollox b’deċiżjoni sempliċi dwar fejn se joħorġu għall-ewwel date tagħhom.
Huwa rrakkonta li meta ltaqgħu għall-ewwel darba, staqsieh x’atmosfera jixtieq għall-ewwel date tagħhom, jekk jippreferix serata eleganti b’ikel fine dining jew xi ħaġa aktar sempliċi bħal burgers. Skont Galea, it-tweġiba kienet immedjata, burgers.
Dak il-lejl qattgħu sigħat jitkellmu flimkien, u qal li kien proprju dak il-mument meta beda jħoss li kien hemm xi ħaġa differenti mis-soltu, fejn kien hemm konnessjoni speċjali bejniethom. “Qagħdna hemm nitkellmu għal sigħat u niftakar naħseb… din tinħass differenti,” kiteb Galea.
Sena wara, il-koppja għażlet li tiċċelebra l-anniversarju tagħha bl-istess mod sempliċi li bih beda kollox, jerġgħu jieklu burgers flimkien u jfakkru l-bidu tar-relazzjoni tagħhom. “Issa għaddejna sena. L-istess burgers. L-istess aħna. U ma nbiddel xejn,” temm jgħid fil-messaġġ tiegħu.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba flimkien!
Facebook / Make-up by Henry Galea