“Illum Ħaqqu Jiċċelebra Bil-Fatti Bastun Ieħor Ta’ Awla.” – Jagħlaq Sninu L-Preżentatur Joseph Agius

Joseph Agius

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur u preżentatur Joseph Agius. Lil Joseph rajnieh jirreċta fi produzzjonijiet bħal NOLI fl-aħħar snin, fil-waqt li preżenta programmi bħal Indigo fuq ONE.

Narawh jgħidilna l-fatti relatati mas-suġġetti li jkun diskuss waqt il-programm Awla. Jippreżenta diversi fatti u informazzjoni relatata mas-suġġett tal-ġimgħa.

Bosta awgurawlu f’dan il-jum fosthom it-tim ta’ Awla.

“Illum ħaqqu jiċċelebra bil-FATTI bastun ieħor ta’ Awla. Awguri mit-tim kollu tagħna Joseph Agius,” jiktbulu. Qasmu ritratt tiegħu għall-okkażjoni.

Awguri mill-qalb Joseph! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI