Dalgħodu fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena ġewwa Birkirkara ngħata l-aħħar tislima ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Danjel Cuschieri li ħalla din id-dinja ftit jiem ilu.
Fost bosta li f’dan il-jum sellmu l-memorja tiegħu u esprimew sens ta’ niket għal din l-aħbar kienu sħabu tal-futbol.
Fil-fatt, il-Qormi FC Youth Nursery dalgħodu fissru kif għalihom Danjel kien bil-wisq aktar minn plejer tal-futbol iżda kien wieħed minnhom. Stqarrew li ma kienx faċli għalihom li llum jagħtuh l-aħħar tislima.
Ftit jiem ilu wkoll id-Dingli Swallows FC Youth Nursery fakkru l-memorja ta’ Danjel waqt partita li kellhom mal-Gżira. Fuq il-midja soċjali huma saħqu li Danjel se jibqa’ f’qalbhom għal dejjem.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Qrendi FC Youth Nursery u Dingli Swallows FC Youth Nursery